Listen on:
Dun Anton Gouder hu mill-parroċċa tal-Isla, iservi bħala Imħallef fit-Tribunal tal-Knisja u jgħix fid-Dar tal-Kleru. Ilu saċerdot 46 sena u l-bagalja tiegħu hi mimlija sew b’esperjenzi u ministeri differenti. Fost l-oħrajn kien kappillan fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid, rettur tas-Seminarju u kif ukoll Vigarju Ġenerali. Għalkemm sab ma’ wiċċu diversi sfidi, qatt ma ġieħ dubju jew iddispjaċih li qal iva għas-sejħa tal-Mulej.