
Listen on:
F’dan l-episodju, Dun Victor Agius jaqsam magħna ħafna mumenti sbieħ u oħrajn kemmxejn iktar diffiċli li sawru s-saċerdozju tiegħu. Minn tfajjel imrobbi Raħal Ġdid għal raġel b’esperjenzi missjunarji li ħaduh iċ-Ċina, il-Filippini, il-Kanada u ħafna pajjiżi oħra. Dan l-episodju ta’ Għaliex Iva?! hu dwar il-vjaġġ ta’ 50 sena ta’ Dun Victor Agius bħala saċerdot!