Site icon Seminary Vocations Centre

E06 – Fr Bernard Micallef

Din il-poddata teħodna fil-kor tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, il-post li jqanqal f’Fr Bernard Micallef ħafna nostalġija mit-tfulija u li minn hemmhekk beda t-triq lejn is-saċerdozju. Fr Bernard, it-tielet wild minn sitta, jirrakkonta kif l-esperjenzi sbieħ tiegħu mal-abbatini, fil-MUSEUM u fiż-ŻAK huma l-għeruq li sawruh fil-bniedem li hu llum. Anke jekk minn età żgħira ħass is-sejħa lejn is-saċerdozju, il-ħajja għaddietu minn diversi esperjenzi qabel id-dħul fis-seminarju.

Segwi l-istorja ta’ Fr Bernard, mżewqa b’passjoni kbira f’dak li għandu x’jaqsam mal-isport, mal-ġustizzja soċjali, u fuq kollox, mal-espressjoni tal-fidi tiegħu. #GħaliexIva

ŻAK Malta | Kummissjoni Djocesana Sport Malta | Parroċċa Żejtun

Exit mobile version