Il-ħbieb, il-familja u l-ġirien, it-telfien ta’ relazzjonijiet sinifikanti, il-volontarjat, u l-esperjenza xejn faċli tas-seminarju. Dawn huma ftit mill-ingredjenti li, flimkien mal-laqgħa personali ma’ Ġesù, isawru l-għajxien tal-vokazzjoni ta’ Fr Jean-Claude Schembri llum. Dak li dejjem xtaq – Fr Jean jistqarr li bil-vjaġġ tas-saċerdozju – qed jgħixu. #GhaliexIva

Għaliex Iva?! hu proġett taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet f’kollaborazzjoni mal-Arċidjoċesi ta’ Malta